Rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: "Il-perikli klimatiċi qed jiżdiedu fil-frekwenza u s-severità madwar l-Ewropa"
News Item
Peress li l-avvenimenti estremi tat-temp u perikli klimatiċi oħra qed jiżdiedu fil-frekwenza u fis-severità madwar l-Ewropa, hija meħtieġa informazzjoni solida għall-valutazzjoni tar-riskji klimatiċi u għall-ippjanar għall-adattament. Ir-rapport interattiv il-ġdid tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jagħti ħarsa ġenerali lejn il-bidliet tal-passat u dawk previsti fl-aktar perikli klimatiċi importanti tal-Ewropa u kif dawn iħallu impatt fuq ir-reġjuni Ewropej. Huwa partikolarment siewi għal dawk li jfasslu l-politika u l-esperti kkonċernati bil-valutazzjoni tar-riskju klimatiku u l-ippjanar tal-adattament. Ir-rapport jiddependi ħafna fuq l-Esploratur Ewropew tad-Data dwar il-Klima (ippubblikat fuq Climate-ADAPT), li ġie żviluppat b’mod konġunt mas-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus.
Iddawnlowdja r-rapport minn, u aqra aktar fuq is-sit web tal-EEA.