Stħarriġ tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar it-tibdil fil-klima u r-riskji għas-sikurezza tal-ikel
News Item
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) nediet stħarriġ - miftuħ sas-7 ta' Marzu 2018 - dwar it-tibdil fil-klima u r-riskji emerġenti għas-sikurezza tal-ikel, inkluża s-saħħa tal-pjanti u tal-annimali. L-opinjonijiet esperti dwar kwistjonijiet emerġenti għas-sikurezza tal-ikel potenzjalment affettwati mit-tibdil fil-klima se jalimentaw metodu ġdid għall-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-riskji emerġenti fl-UE għas-sikurezza tal-ikel/għalf, kif ukoll għas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali, potenzjalment relatati mat-tibdil fil-klima.
Aqra aktar u imla l-istħarriġ.