Il-Patt Ekoloġiku: L-UE tinvesti aktar minn €110 miljun fi proġetti LIFE għall-ambjent u l-klima fi ħdax-il pajjiż tal-UE
News Item
Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret investiment ta’ aktar minn €110 miljun fi proġetti integrati tal-programm LIFE għall-ħarsien tal-ambjent u tal-klima. Il-finanzjament se jappoġġa proġetti ambjentali u klimatiċi ġodda ewlenin fi 11-il pajjiż tal-UE: Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja u s-Slovenja. Il-proġetti jikkontribwixxu għal irkupru ekoloġiku mill-pandemija tal-COVID-19 u jappoġġaw l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li l-UE ssir newtrali għall-klima u ħielsa mit-tniġġis sal-2050.
Aqra aktar fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea