Spinta lir-reżiljenza permezz ta’ informazzjoni dwar ir-riskju klimatiku
News Item
Il-KKI għall-Klima tal-EIT tesplora modi kif titħaffef it-tranżizzjoni lejn dinja aktar reżiljenti permezz ta’ proġetti ta’ innovazzjoni mill-aktar avvanzati. L-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-avvenimenti estremi tat-temp jirrikjedi għodod ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet biex jiġu vvalidati l-miżuri li jindirizzaw ir-riskji. L-għodda l-ġdida CRISI-ADAPT II toffri dan it-tip ta’ appoġġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-proġett CRISI-ADAPT II għandu l-għan li jimmonitorja u jtejjeb l-ippjanar tal-miżuri ta’ adattament permezz ta’ validazzjoni f’ħin reali bbażata fuq tbassir ibbażat fuq is-sit u staġjonali tar-riskji klimatiċi.
Aqra aktar fuq is-sit web tal-EIT-KKI għall-Klima