Tgħarrif tal-EEA: L-adattament għat-tibdil fil-klima huwa kruċjali biex jiġi evitat it-tfixkil tal-importazzjonijiet tal-komoditajiet agrikoli tal-UE
News Item
It-tibdil fil-klima huwa mistenni li jaffettwa l-agrikoltura fl-Ewropa, billi jbiddel il-kundizzjonijiet tat-tkabbir, ix-xejriet tal-produzzjoni u r-rendimenti, b'impatti fuq il-prezzijiet, il-kummerċ u s-swieq reġjonali, skont it-tgħarrif tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA): "L-impatti tat-tibdil fil-klima globali u l-provvista ta' prodotti bażiċi agrikoli lill-Ewropa". It-tisħiħ tal-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-adattament internazzjonali, flimkien mad-diversifikazzjoni tal-kummerċ huma azzjonijiet ewlenin li l-UE tista’ tieħu biex tnaqqas l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-kummerċ agrikolu.
Aqra aktar fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.