Il-Pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” jibdel il-mira klimatika tal-UE f’azzjoni klimatika
News Item
Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, sett ta’ miżuri li se jirfdu l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tilħaq il-wegħda tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’55 % mil-livelli tal-1990 sal-2030. Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku usa’ tal-UE, il-pakkett jinkludi proposti ta’ politika li jiddefinixxu l-perkors għall-ambizzjoni tal-UE li tissodisfa l-kontribut tagħha skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Dan jinkludi l-elementi kollha tal-Patt Ekoloġiku inkluża l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima. Din hija l-proposta tal-Kummissjoni għall-għodod leġiżlattivi biex jintlaħqu l-miri miftiehma fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima.
Aqra aktar fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.