Livelli għoljin ta’ tniġġis tal-arja jżidu r-riskju għas-saħħa marbut ma’ temperaturi għoljin fl-Ewropa
News Item
Ir-rapport mill-proġett ta' l-UE ESHAUSTION: “Interactive Effects of High Temperature and Air Pollution in Europe” (Effetti Interattivi ta’ Temperatura Għolja u Tniġġis tal-Arja fl-Ewropa) jiġbor fil-qosor l-evidenza mill-analiżijiet dwar l-effetti interattivi ta’ temperatura għolja u diversi sustanzi niġġiesa tal-arja fuq mewt u mard relatati mal-qalb u mal-pulmun. Is-sejbiet jenfasizzaw l-urġenza fit-titjib tal-kwalità tal-arja madwar l-Ewropa, u għal dawk li jfasslu l-politika li l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima jeħtieġ li jitqiesu wkoll biex jiġu protetti s-sottogruppi vulnerabbli.
Aqra aktar fuq is-sit web tal-proġett EXHAUSTION.