Rapport Speċjali 20/2021: L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: Huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti
News Item
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ippubblikat ir-Rapport Speċjali Nru 20/2021 "L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: Huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti”. Il-politiki tal-UE ma jistgħux jiżguraw li l-bdiewa jużaw l-ilma b’mod sostenibbli. L-impatt tal-agrikoltura fuq ir-riżorsi tal-ilma huwa kbir u inkontestabbli. Iżda l-bdiewa jibbenefikaw minn wisq eżenzjonijiet mill-politika tal-UE dwar l-ilma li jxekklu l-isforzi biex jiġi żgurat l-użu tajjeb tal-ilma.
Aqra aktar fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri