Il-Bank Ewropew tal-Investiment u ċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perjodu Medju jaqblu li jingranaw Copernicus għall-adattament intelliġenti għall-klima
News Item
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perjodu Medju (ECMWF) iffirmaw Memorandum ta’ Qbil li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni dwar l-użu msaħħaħ tad-data ta’ osservazzjoni tad-Dinja ta’ Copernicus. Bħala parti mill-Pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku 2021-2025, il-BEI impenja ruħu li jżid b’mod sostanzjali l-isforzi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u li jiżgura li l-operazzjonijiet kollha li jappoġġa, jiġu adattati għall-varjabbiltà attwali tat-temp u għall-impatti futuri tat-tibdil fil-klima. Il-ftehim ta’ kooperazzjoni l-ġdid mal-ECMWF se jappoġġaha fil-kisba ta’ dawn l-objettivi.
Aqra aktar fuq is-sit web ta’ Copernicus.