Laqgħa Annwali tal-IANPHI tal-2022 ⁇ Pandemiji, Kunflitti, Tibdil fil-Klima: Rwoli u Sfidi Ġodda għall-Istituti Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika
Event
Kriżijiet differenti, inkluża l-kriżi klimatika, għandhom konsegwenzi fuq l-ekonomiji nazzjonali u globali u fuq is-sigurtà tal-ikel, b’effett fuq is-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjonijiet, li spiss jaggravaw l-inugwaljanzi fis-saħħa. L-IANPHI eżaminat l-impatt b’inizjattivi bħall-Pjan Direzzjonali tal-IANPHI għal Azzjoni dwar is-Saħħa u t-Tibdil fil-Klima. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet il-ġodda tas-saħħa tal-popolazzjonijiet u jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, l-NPIs iridu jgħaddu minn trasformazzjoni, abbażi tat-tagħlimiet meħuda mill-kriżijiet differenti.