All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesF’Awwissu 2022 tnieda Eurocigua II - Approċċ integrat għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem taċ-ċigwatossini fl-Ewropa. Dan il-proġett jibni fuq is-suċċess tal-proġett EuroCigua u l-proġett CLEFSA (li identifika ċ-ċigwatossini bħala riskji emerġenti ewlenin marbuta mat-tibdil fil-klima). Eurocigua II jinkludi ħdax-il organizzazzjoni internazzjonali, ħames Stati Membri, l-EFSA, l-ECDC, l-EEA, il-Kummissjoni Ewropea, il-FAO u l-IOC-UNESCO. L-għanijiet ta' dan il-proġett jinkludu: il-ġbir u l-immudellar tad-data ambjentali, it-tbassir, u l-immappjar tal-emerġenza taċ-ċigwatossini fil-ħut fil-hotspots tal-Gżejjer Kanarji taħt it-tibdil fil-klima. Il-proġett Eurociqua II se jibqa’ għaddej sa Ottubru 2025, bil-workshop finali tal-proġett ippjanat għall-Ħarifa 2025.
Aktar informazzjoni dwar il-proġett Eurocigua II tista’ tinstab billi żżur is-sit web tal-Ministeru tas-Saħħa Spanjol u billi żżur is-siti web tal-EFSA dwar Ciguatoxins u bijotossini marini oħra u t-Tibdil fil-klima u s-sikurezza tal-ikel.
Language preference detected
Do you want to see the page translated into ?